Jekk int diġà nvolut/a f’ħidma ma’ ħutna fil-bżonn, forsi tieħu ħsieb lil xi ħadd qribek, id-dar, jew anke jekk għamilt għażla professjonali biex tgħix ħajja ta servizz. Grazzi ta’ dan! Napprezzaw jekk jogħġbok taqsam l-esperjenza tiegħek dwar l-esperjenza tiegħek, x’tagħmel, xi tħallilek f’qalbek, u x’tixtieq li twassal madwarek dwar din l-esperjenza. (Aħna qatt ma nidentifikaw lill-persuna mingħajr il-permess miktub tagħha)
Għamel dan billi tibgħat messaġġ fuq WhatsApp miktub, jew voice message fuq 99251820.
Jekk int tixtieq tagħmel esperjenza ta’ ftit sigħat volontarjat mal-ħidma tad-djakonija bejn issa u tmiem is-sajf li ġej fil-parroċċi (ħidma ta’ servizz lejn ħutna fil-bżonn),
Tista tapplika hawn: Djakonija Form
Jew tikkuntattjana hawn: LOOP Messenger
Il-flus mhumiex importanti daqs il-ħin tagħna li nqattgħu ma’ ħutna, is-smiegħ, il-preżenza, il-kelma ta’ faraġ li noffru lil ta’ madwarna. Madankollu huwa veru li l-flus jgħinu biex il-persuni u l-familji li ngħinu ikunu jistgħu ikollhom huma wkoll mediċini, ikel, u servizzi professjonali li jiġu bżonn. Għaldaqstant jekk tista’ u tixtieq tgħin b’donazzjoni tista tagħmel dan billi tagħti donazzjoni billi tuża’ n-numri t’hawn taħt.
Ibgħat SMS fuq 50619270 għal donazzjoni ta’ €11.65
Ċempel 51002037 għal donazzjoni ta’ €20
Ċempel fuq 51902072 għal donazzjoni ta’ €50
Jew tibgħat ċekk miktub lil
Arċidjoċesi ta’ Malta
(infakkruk li ċ-ċekk irid ikun ta’ mill-inqas €20.01 inkella ma jissarrafx)
L-envelopp indirizzah lil:
Caritas Djakonija Parroċċi,
Kurja tal-Arċisqof,
Pjazza San Kalċidonju
Il-Furjana