Simboli

Deżert

Sib post għall-kwiet.

Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…

Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.

Idħol fil-preżenza ta’ Alla.

Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb. 

“Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.”  – SALMI 9:11

Mulej, il-ħarsa tiegħek hija ħarsa ta’ mħabba u ħniena.  Hekk kif tħares lejja, imla l-qalb tiegħi bl-imħabba u ħniena tiegħek.

Silta mill-Vanġelu

Imbagħad l-Ispirtu ħa lil Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu. U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl, u fl-aħħar ħadu l-ġuħ. U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.” Iżda Ġesù wieġbu: “Hemm miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ ”

Imbagħad ix-Xitan ħadu miegħu fil-Belt imqaddsa, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet għal isfel; għax hemm miktub li, ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom jieħdu ħsiebek,’ u li ‘Fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla.’ ” Qallu Ġesù: “Hemm miktub ukoll, ‘Iġġarrabx lill-Mulej, Alla tiegħek.’ ”

Għal darb’oħra x-xitan ħadu miegħu fuq muntanja għolja ħafna, urieh is-saltniet kollha tad-dinja u l-glorja tagħhom, u qallu: “Dawn kollha nagħtihom lilek jekk tinxteħet tadurani.” Imbagħad qallu Ġesù: “Itlaq, Xitan! Għax hemm miktub, ‘Lill-Mulej, Alla tiegħek, għandek tadura, u lilu biss taqdi.’ ”

Imbagħad ix-Xitan ħallieh. U minnufih ġew xi anġli u kienu jaqduh.

Mt 4:1-11

Riflessjoni

Minn Fomm il-Papa

F’dan it-tieni Ħadd tal-Avvent, il-kelma t’Alla tpoġġi quddiemna l-figura ta’ San Ġwann Battista. L-Evanġelju jenfasizza żewġ affarijiet importanti: il-post fejn jidher Ġwanni, li hu d-deżert, u l-kontenut tal-messaġġ tiegħu, li huwa l-konverżjoni. Deżert u konverżjoni. L-Evanġelju tal-lum jenfasizza dawn iż-żewġ kelmiet b’tali mod li jġielna nirrealizzaw li t-tnejn jikkonċernawna direttament.…..

Id-deżert.

L-evanġelista Luqa jintroduċi x-xena b’mod partikolari. Jitkellem dwar iċ-ċirkostanzi solenni u l-irġiel kbar ta’ dak iż-żmien, isemmi l-ħmistax-il sena tal-Imperatur Tiberju, il-gvernatur Ponzju Pilatu, ir-Re Erodi u mexxejja politiċi oħra kontemporanji. Imbagħad jirreferi għall-mexxejja reliġjużi, Anna u Kajfa, li kienu qed jaqdu fit-Tempju ta’ Ġerusalemm (ara Lq 3,1-2). F’dan il-punt, Luqa jgħidilna: “Il-kelma ta’ Alla waslet għand Ġwanni bin Żakkarija fid-deżert” (3:2).

Imma kif waslet dik il-kelma? 

Forsi konna nistennew li l-​kelma t’Alla tasal lil wieħed mill-​persunaġġi distinti li għadna kif semmejna. Minflok, b’ironija sottili bejn il-linji tal-Vanġelu: mill-iskala ta’ fuq tas-setgħana, f’daqqa waħda nimxu lejn id-deżert, għal bniedem mhux magħruf, solitarju.

Alla jissorprendina. Il-modi tiegħu jissorprenduna, għax huma differenti mill-aspettattivi umani tagħna; ma jirriflettux il-qawwa u l-kobor li aħna nassoċjaw miegħu. Tabilħaqq, il-Mulej iħobb dak li hu żgħir u baxx. Il-fidwa ma bdietx f’Ġerusalemm, Ateni jew Ruma, imma fid-deżert. Dan l-approċċ paradossali jgħidilna xi ħaġa sabiħa: li tkun qawwi, edukat jew famuż ma hi l-ebda garanzija li nogħġob lil Alla, għax dawk l-affarijiet jistgħu fil-fatt iwasslu għall-kburija u biex tiċħadh. Minflok, irridu nkunu fqar internament, anke kif id-deżert hu fqir.

Ejja naħsbu aktar fil-fond dwar il-paradoss tad-deżert.…

Ġwanni l-Battista – il-Prekursur – jipprepara l-miġja ta’ Kristu f’dan il-post inaċċessibbli, inospitabbli u perikoluż. Normalment, dawk li jixtiequ jagħmlu avviż importanti jmorru f’postijiet impressjonanti, fejn ikunu jistgħu jidhru faċilment u jindirizzaw folol kbar. Ġwanni, min-naħa l-oħra, jipprietka fid-deżert. Propju hemmhekk, fi skart niexef, vojt, miġbud sa fejn tista’ tara l-għajn, inkixfet il-glorja tal-Mulej. Kif ipprofetizzat l-Iskrittura (ara Is 40:3-4), Alla jibdel id-deżert f’baħar, art niexfa f’għejun ta’ ilma (ara Is 41:18). Hawn messaġġ ieħor ta’ qalb: allura bħal issa, Alla jdawwar ħarstu lejn kull fejn ikun hemm dwejjaq u solitudni. 

Nistgħu nesperjenzaw dan f’ħajjitna stess: sakemm naħsbu fis-suċċess jew naħsbu biss fina nfusna, ħafna drabi l-Mulej ma jkunx jista’ jilħaqna; imma speċjalment fi żminijiet ta’ prova, jagħmel. Jiġi għandna f’sitwazzjonijiet diffiċli; jimla l-vojt interjuri tagħna li jagħmel spazju għalih; iżur id-deżerti eżistenzjali tagħna. Il-Mulej iżurna hemmhekk.

Itlob bil-Kelma ma’ BeHOLD

O Alla li tista kollox, bit-taħriġ ta’ kull sena matul ir-Randan imqaddes agħtina li nifhmu dejjem iżjed il-misteru ta’ Kristu, u li b’ħajja xierqa niksbu l-frott tiegħu. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Aqra iktar fuq

Stedina konkreta

Jaf diġà int wieħed/waħda minna, permezz tal-għajnuna li toffri bil-kwiet lil xi membru tal-familja. Jew permezz tax-xhieda li tagħti fil-post tax-xogħol jew fil-komunità favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-komunitajiet li int parteċipi fihom. Jew ukoll jekk iżomm il-ħidma tad-djakonija fit-talb tiegħek. Is-sostenn tiegħek jaf ikun moħbi u\jew sieket, imma mhux minsi!

Int wieħed minna! Int waħda minna! Imma jekk tixtieq toffri ftit ħin minn tiegħek biex tgħin fil-ħidma tad-djakonija fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna, inħeġġuk tara l-lista ta’ hawn taħt u tikkuntattjana!

Ara kif tista’ tkompli din il-mixja li bdejna.

Muntanja

Sib post għall-kwiet.

Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…

Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.

Idħol fil-preżenza ta’ Alla.

Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb. 

“Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.”  – SALMI 9:11

Mulej, il-ħarsa tiegħek hija ħarsa ta’ mħabba u ħniena.  Hekk kif tħares lejja, imla l-qalb tiegħi bl-imħabba u ħniena tiegħek.

Silta mill-Vanġelu

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè u waħda għal Elija”. Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawl għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu”.

Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’. Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: “Qumu. La tibżgħux”. Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu. Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom: “Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet”.

Mt 17:1-9

Riflessjoni

Minn Fomm il-Papa

Il-Papa Franġisku jirrifletti fuq l-Evanġelju tal-ġurnata, l-istorja tat-Trasfigurazzjoni, qabel talab l-Angelus mal-pellegrini miġbura fi Pjazza San Pietru nhar il-Ħadd, it-tieni Ħadd tar-Randan.

Jitkellem dwar l-importanza li wieħed jisma’, li jkun sintonizzat u attent għall-Kelma ta’ Alla; u l-moviment tat-tlugħ u l-inżul tal-muntanja li jikkaratterizza l-episodju tal-Evanġelju (Mt 17, 1-9), li fih il-Mulej jieħu lil Pietru, Ġakbu u Ġwanni fil-quċċata tal-Muntanja Tabor, juri lilu nnifsu fil-forma gglorifikata tiegħu, u jerġa’ lura għal isfel magħhom, bi twissijiet lid-dixxipli li akkumpanjawh biex ma jitkellmux dwar dak li kienu raw.

“Il-muntanja hija l-post tal-laqgħa, tal-qrubija intima ma’ Alla – il-post tat-talb, li fih wieħed joqgħod fil-preżenza tal-Mulej,” jgħidilna il-Papa Franġisku. “Aħna, id-dixxipli ta’ Ġesù, aħna msejħin biex inkunu nies li jisimgħu leħnu u jieħdu kliemu bis-serjetà.” Iżid  jgħid: “Biex nisimgħu lil Ġesù, irridu nimxu warajh.”

“Għandna bżonn immorru f’post ta’ irtir, nitilgħu fuq il-muntanja u mmorru f’post ta’ skiet, biex insibu lilna nfusna u nagħtu aħjar il-vuċi tal-Mulej”. Ma nistgħux nibqgħu hemm, madankollu. “Il-laqgħa ma’ Alla fit-talb terġa’ timbottana biex ‘niżlu mill-muntanja’ u nerġgħu ninżlu fil-pjanura, fejn niltaqgħu ma’ ħafna aħwa mtaqqlin mill-għeja, l-inġustizzja, u l-faqar kemm materjali kif ukoll spiritwali .”

Aħna msejħin biex inġorru l-frott tal-esperjenza li għandna ma’ Alla u nwassluha lil ħutna mħassba, naqsmu magħhom it-teżori tal-grazzja li rċevew.

“Tinsiex, din il-ġimgħa, isma’ lil Ġesù – u mbagħad, il-ġimgħa d-dieħla, tgħidli jekk żammejtx miegħek dik l-edizzjoni ċkejkna tal-Evanġelji, fil-but jew fil-borża tiegħek, biex taqra ftit kuljum.”

Itlob bil-Kelma ma’ BeHOLD

Fix-xenarju tal-Art Imqaddsa jispikkaw id-diversi muntanji u għoljiet. U allura ma jistax jonqos li dawn ukoll jimmarkaw ix-xenarju u l-ġografija tar-rakkonti tal-ġrajja tas-salvazzjoni: il-muntanja Sinaj jew il-Ħoreb, li hija l-muntanja fejn isseħħ il-laqgħa wiċċ imb wiċċ ma’ Alla u tingħata l-liġi qaddisa li permezz tagħha jiġi ssiġillat il-patt bejn Alla u l-poplu tiegħu; l-għolja ta’ Sijon li fuqha tinbena l-belt ta’ Ġerusalemm minn David u t-Tempju minn ibnu Salamun; Elija li, meta l-poplu ma baqax fidil u kien qed jibża’ għal ħajtu, narawh jerġa’ jmur fuq il-Ħoreb biex hemm jikseb kelma u qawwa ġdida mingħand Alla … Nistgħu ngħidu li huwa wieħed mill-postijiet privileġġati fejn iseħħ id-djalogu bejn id-divin u l-uman. U dan narawh anke f’kulturi oħra għax it-tlugħ tal-għolja fiżikament ifisser l-isforz biex nitilgħu ’l fuq, iktar qrib lejn id-divinità meqjuma…

Aqra iktar fuq

Stedina konkreta

Jaf diġà int wieħed/waħda minna, permezz tal-għajnuna li toffri bil-kwiet lil xi membru tal-familja. Jew permezz tax-xhieda li tagħti fil-post tax-xogħol jew fil-komunità favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-komunitajiet li int parteċipi fihom. Jew ukoll jekk iżomm il-ħidma tad-djakonija fit-talb tiegħek. Is-sostenn tiegħek jaf ikun moħbi u\jew sieket, imma mhux minsi!

Int wieħed minna! Int waħda minna! Imma jekk tixtieq toffri ftit ħin minn tiegħek biex tgħin fil-ħidma tad-djakonija fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna, inħeġġuk tara l-lista ta’ hawn taħt u tikkuntattjana!

Ara kif tista’ tkompli din il-mixja li bdejna.

Ilma

Sib post għall-kwiet.

Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…

Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.

Idħol fil-preżenza ta’ Alla.

Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb. 

“Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.”  – SALMI 9:11

Mulej, il-ħarsa tiegħek hija ħarsa ta’ mħabba u ħniena.  Hekk kif tħares lejja, imla l-qalb tiegħi bl-imħabba u ħniena tiegħek.

Silta mill-Vanġelu

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara mis-Samarija timla l-ilma. Ġesù qalilha:”Agħtini nixrob”. Id-dixxipli tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu: “Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob?”. Qaltlu hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani. Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li qiegħed jgħidlek: “Agħtini nixrob,” kieku int kont titolbu, u hu kien jagħtik ilma ħaj”.

Qaltlu l-mara: “Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? Jaqaw int aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u wliedu u l-imrieħel tiegħu?”. Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġa’ jagħtih l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn tal-ilma li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem”. Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla l-ilma”. Qalilha Ġesù: “Mur sejjaħ lil żewġek u erġa’ ejja hawn”. Weġbitu l-mara: “Ma għandix żewġi”. Qalilha Ġesù: “Sewwa għedt: “Ma għandix żewġi”. Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek. Sewwa weġibt!”.

Qaltlu l-mara: “Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara. Missirijietna kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja; imma intom tgħidu li l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm”. Qalilha Ġesù: “Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din il-muntanja taduraw lill-Missier, anqas f’Ġerusalemm. Intom taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax is-salvazzjoni ġejja mil-Lhud. Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u fil-verità. Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh. Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh fl-ispirtu u fil-verità”. Qaltlu l-mara: “Jiena naf li ġej il-Messija – dak li jgħidulu Kristu. Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna”. Qalilha Ġesù: “Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek”. Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma’ mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh: “Xi trid?” jew: “Għax qiegħed titkellem magħha?”.

Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk, reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies: “Ejjew araw bniedem li qalli kull ma għamilt. Tgħid, dan il-Messija?”. U n-nies ħarġu mill-belt u ġew ħdejh. Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu: “Rabbi, kul!”. Iżda hu qalilhom: “Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih”. Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin: “Jaqaw ġie xi ħadd u ġieblu x’jiekol?”.

Qalilhom Ġesù: “L-ikel tiegħi hu li nagħmel ir-rieda ta’ min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu. Intom ma tgħidux li baqa’ erba’ xhur oħra għall-ħsad? Imma araw x’ngħidilkom jien: erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad! Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott għall-ħajja ta’ dejjem, biex min jiżra’ jifraħ hu wkoll bħal min jaħsad. F’dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra’ u l-ieħor jaħsad. Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom; kienu oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott tat-taħbit tagħhom”.

Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f’Ġesù fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara meta qaltilhom: “Qalli kull ma għamilt”, tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh biex jibqa’ magħhom, u hu qagħad hemm jumejn. Imbagħad ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu, u lill-mara qalulha: “Issa mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll smajnieh, u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja”.

Ġw 4:5-42

Riflessjoni

Minn Fomm il-Papa

Id-dinja tagħna hija għatxana għall-paċi, għal dan il-ġid indiviżibbli li jeħtieġ l-isforz u l-kontribut kostanti ta’ kulħadd u li huwa bbażat fuq it-twassil tal-bżonnijiet essenzjali u vitali ta’ kull bniedem.

Illum, is-sigurtà tal-ilma hija mhedda minn diversi fatturi, fosthom it-tniġġis, il-kunflitti, it-tibdil fil-klima u l-abbuż tar-riżorsi naturali. Madankollu l-ilma huwa assi prezzjuż għall-paċi. Għalhekk, ma jistax jitqies sempliċement bħala oġġett privat, li jiġġenera profitt kummerċjali u soġġett għal-liġijiet tas-suq.

Barra minn hekk, id-dritt għall-ilma tax-xorb u s-sanità huwa marbut mill-qrib mad-dritt għall-ħajja, li għandu l-għeruq fid-dinjità inaljenabbli tal-persuna umana u jikkostitwixxi kundizzjoni għall-eżerċizzju ta’ drittijiet umani oħra. L-aċċess għall-ilma u s-sanità huwa fil-fatt “dritt tal-bniedem bażiku u universali, peress li huwa essenzjali għas-sopravivenza tal-bniedem”. Għalhekk, id-dinja għandha “dejn soċjali gravi lejn il-foqra li m’għandhomx aċċess għall-ilma tax-xorb” [1], iżda wkoll ma’ dawk kollha li għalihom is-sorsi tradizzjonali tal-ilma tax-xorb ġew imniġġsa sal-punt li jkunu perikolużi, meqruda bl-armi u ma jistgħux jintużaw, jew imnixxfa bħala riżultat ta ‘ġestjoni ħażina tal-foresti.

Illum, aktar minn 2 biljun ruħ huma mċaħħda minn aċċess għal ilma nadif u/jew sanità. Aħseb dwar il-konsegwenzi prattiċi kollha li dan jista’ jkollu, b’mod partikolari għall-pazjenti fiċ-ċentri tas-saħħa, għan-nisa li jaħdmu, għall-priġunieri, ir-refuġjati u l-persuni spostati.

Nappella lill-mexxejja politiċi u ekonomiċi kollha, lill-amministrazzjonijiet varji, lil dawk li huma f’pożizzjoni li jidderieġu r-riċerka, il-finanzjament, l-edukazzjoni u l-isfruttament tar-riżorsi naturali u l-ilma b’mod partikolari, sabiex ikollhom għal qalbhom jaqdu l-komun. tajjeb b’dinjità, b’determinazzjoni, integrità u fi spirtu ta’ kooperazzjoni. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi enfasizzat li “l-indirizzar tal-iskarsezza tal-ilma u t-titjib tal-ġestjoni tal-ilma, speċjalment mill-komunitajiet, jistgħu jgħinu biex tinħoloq koeżjoni soċjali u solidarjetà akbar”, jinbdew proċessi  u jinbnew relazzjonijiet. Tabilħaqq, l-ilma huwa don minn Alla u wirt komuni li d-destinazzjoni universali tiegħu trid tkun żgurata għal kull ġenerazzjoni.

Barra minn hekk, huwa fatt li “l-ilma ħelu, kemm tal-wiċċ kif ukoll ta’ taħt l-art, fil-biċċa l-kbira tagħhom huma transkonfinali. [Għalhekk], il-paċi tinkiseb jekk il-pajjiżi jkunu jistgħu jikkollaboraw għall-ilma f’diversi żoni tad-dinja aktar milli huwa l-każ bħalissa. … Mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni tal-ilma transkonfinali ppruvati sew huma karatteristika importanti tal-paċi u tal-prevenzjoni tal-kunflitti armati” 

F’dan ir-rigward, kif nistgħu ma naħsbux mhux biss fix-Xmara Senegal, iżda wkoll fin-Niġer, in-Nil u xmajjar kbar oħra li jaqsmu diversi pajjiżi? F’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, l-ilma jrid isir simbolu ta’ merħba u barka, raġuni ta’ laqgħa u kollaborazzjoni li żżid il-fiduċja reċiproka u l-fraternità.

Ejja niftakru li “dik li nsejħu ‘natura’ fis-sens kożmiku tagħha għandha l-oriġini tagħha fi ‘pjan ta’ mħabba u verità’… Id-dinja ‘mhi l-prodott ta’ xi ħtieġa, u lanqas ta’ destin għomja jew ċans’”. 

L-immaniġġjar tal-ilma b’mod sostenibbli u b’istituzzjonijiet effettivi ta’ solidarjetà huwa għalhekk mhux biss kontribut għall-paċi, iżda wkoll mod ta’ rikonoxximent ta’ dan id-don tal-ħolqien li ġie fdat lilna biex flimkien nieħdu ħsiebu.

Stedina konkreta

Jaf diġà int wieħed/waħda minna, permezz tal-għajnuna li toffri bil-kwiet lil xi membru tal-familja. Jew permezz tax-xhieda li tagħti fil-post tax-xogħol jew fil-komunità favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-komunitajiet li int parteċipi fihom. Jew ukoll jekk iżomm il-ħidma tad-djakonija fit-talb tiegħek. Is-sostenn tiegħek jaf ikun moħbi u\jew sieket, imma mhux minsi!

Int wieħed minna! Int waħda minna! Imma jekk tixtieq toffri ftit ħin minn tiegħek biex tgħin fil-ħidma tad-djakonija fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna, inħeġġuk tara l-lista ta’ hawn taħt u tikkuntattjana!

Ara kif tista’ tkompli din il-mixja li bdejna.

Dawl

Sib post għall-kwiet.

Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…

Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.

Idħol fil-preżenza ta’ Alla.

Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb. 

“Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.”  – SALMI 9:11

Mulej, il-ħarsa tiegħek hija ħarsa ta’ mħabba u ħniena.  Hekk kif tħares lejja, imla l-qalb tiegħi bl-imħabba u ħniena tiegħek.

Silta mill-Vanġelu

F’dak iż-żmien, kif kien għaddej, Ġesù lemaħ raġel agħma minn twelidu.

Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih għajnejn ir-raġel agħma u qallu: “Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Silwam”. Din tfisser “il-Mibgħut”. Mela dak mar, inħasel u ġie jara. Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu: “Dan mhuwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab?”. Xi wħud qalu: “Iva, hu”. Oħrajn qalu: “Le, imma jixbhu”. Iżda hu qalilhom: “Jiena hu”.

Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand il-Fariżej. Issa dakinhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn l-agħma nzerta kien is-Sibt. Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: “Qegħedli ftit tajn fuq għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara”.

Xi wħud mill-Fariżej qalu: “Dan il-bniedem mhuwiex ġej mingħand Alla, għax ma jħarisx is-Sibt”. Iżda oħrajn qalu: “Kif jista’ wieħed midneb jagħmel sinjali bħal dawn?” U ma qablux bejniethom.

U reġgħu qalu lill-agħma: “Int x’jidhirlek minnu, issa li fetaħlek għajnejk?” Qalilhom: “Dak profeta”.

Imbagħad qabżu u qalulu: “Int se tgħallem lilna, int li twelidt dnubiet waħdek”. U keċċewh ’il barra.

Ġesù sama’ li keċċewh ’il barra; sabu u qallu: “Temmen inti f’Bin il-bniedem?” Dak wieġeb u qallu: “Min hu, Mulej, biex nemmen fih?”. Qallu Ġesù: “Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed ikellmek”. Qallu: “Nemmen, Mulej!”. U nxteħet għarkubbtejh quddiemu. Imbagħad Ġesù qal: “Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma”.

Ġw 9:1, 6-9, 13-17, 34-38

Riflessjoni

Minn Fomm il-Papa

Immedjatament wara l-Beatitudnijiet, Ġesù jgħid lid-dixxipli tiegħu: “Intom il-melħ tal-art… Intom id-dawl tad-dinja” (Mt 5, 13-14). Dan jissorprendina xi ftit meta naħsbu f’dawk li kienu qabel Ġesù meta qal dan il-kliem. Min kienu dawn id-dixxipli? Kienu sajjieda, nies sempliċi… Imma Ġesù jarahom b’għajnejn Alla, u l-affermazzjoni tiegħu tista’ tinftiehem preċiżament bħala riżultat tal-Beatitudnijiet. Jixtieq jgħid: jekk int fqir fl-ispirtu, jekk tkun ħelu, jekk int safi fil- qalb, jekk int ħanin… tkun il-melħ tal-art u d-dawl tad-dinja!

Biex nifhmu aħjar dawn ix-xbihat, irridu nżommu f’moħħna li l-Liġi Lhudija kienet tippreskrivi li ftit melħ jiġi mxerred fuq kull offerta ppreżentata lil Alla, bħala sinjal tal-patt. 

Dawl għal Iżrael kien simbolu ta’ rivelazzjoni messjanika, trijonf fuq id-dlam tal-paganiżmu. L-insara, l-Iżrael il-ġdid, jirċievu missjoni li jġorru fid-dinja għall-bnedmin kollha: permezz tal-fidi u l-karità jistgħu jiggwidaw, jikkonsagraw, u jagħmlu l-umanità produttiva. Aħna l-insara mgħammdin, aħna dixxipli missjunarji u aħna msejħin biex insiru Evanġelju ħaj fid-dinja: b’ħajja qaddisa “ngħożżu” ambjenti differenti u niddefenduhom mit-taħsir, bħalma jagħmel il-melħ; u nġorru d-dawl ta’ Kristu permezz tax-xhieda ta’ karità ġenwina. 

Imma jekk aħna l-insara nitilfu din it-togħma u ma ngħixux bħala melħ u dawl, nitilfu l-effettività tagħna. 

Din il-missjoni li tagħti d-dawl lid-dinja hija tant sabiħa! Għandna din il-missjoni, u hija sabiħa! Huwa wkoll sabiħ li nżommu d-dawl li rċevejna mingħand Ġesù, nipproteġuh u nħarsuh. In-Nisrani għandu jkun persuna luminuża; wieħed li jġib id-dawl, li dejjem jagħti d-dawl! Dawl li mhux tiegħu, imma don mingħand Alla, don mingħand Ġesù. Aħna nġorru dan id-dawl. Jekk Nisrani jitfi dan id-dawl, ħajtu m’għandha l-ebda tifsira: huwa Nisrani b’ismu biss, li ma jġorrx dawl; ħajtu m’għandha l-ebda sens. Nixtieq nistaqsik issa, kif trid tgħix? Bħala lampa li qed taħraq jew waħda li mhix? Ħruq jew le? Kif tixtieq tgħix? [Il-poplu jwieġeb: Ħruq!] Bħala lampi ħruq! Huwa tassew Alla li jagħtina dan id-dawl u rridu nagħtuh lill-oħrajn. Lampi brillanti! Din hi l-vokazzjoni Nisranija.

Stedina konkreta

Jaf diġà int wieħed/waħda minna, permezz tal-għajnuna li toffri bil-kwiet lil xi membru tal-familja. Jew permezz tax-xhieda li tagħti fil-post tax-xogħol jew fil-komunità favur il-ġustizzja soċjali u l-iżvilupp tal-komunitajiet li int parteċipi fihom. Jew ukoll jekk iżomm il-ħidma tad-djakonija fit-talb tiegħek. Is-sostenn tiegħek jaf ikun moħbi u\jew sieket, imma mhux minsi!

Int wieħed minna! Int waħda minna! Imma jekk tixtieq toffri ftit ħin minn tiegħek biex tgħin fil-ħidma tad-djakonija fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna, inħeġġuk tara l-lista ta’ hawn taħt u tikkuntattjana!

Ara kif tista’ tkompli din il-mixja li bdejna.