Il-persunaġġi
Introduzzjoni
Waqt intervista riċenti il-Papa Franġisku isemmi kif drajna naraw l-uġigħ u d-diffikultà u mbagħad inkomplu b’ħajjitna, inħarsu in-naħa l-oħra.
Ilqa’ u Ħaddan se tkun qed toffrilek għajnuniet biex tieqaf ftit u tirrifletti dwar dan. Biex tagħti ħin lill-vuċi ġewwienija tiegħek u tisma’ x’għandha x’tgħidlek dwar is-sejħa ta kull nisrani u persuna ta’ rieda tajba , biex taqdi.
Dan huwa żmien fejn nirrealizzaw kif mxejna ma ħutna, u nagħrfu fejn weħilna, fejn stajna mxejna aħjar. Mument fejn nieqfu u nagħrfu li aħna lkoll msejħin biex naqdu lil xulxin bħal aħwa. Qadi li jservi biex nibnu pont bejnietna u mal-Ħallieq fejn għal xi raġuni t-triq tkun iġġarfet. Biex permezz ta xulxin naslu għandu, Hu li dejjem lest jilqgħana u jħaddanna miegħu.
Se nkunu qed inħarsu lejn 7 persunaġġi mill-Via Crucis. 7 persunaġġi differenti ħafna imma b’ħaġa waħda komuni – għarfu lil Ġesù u nbidlu.
Quddiem it-tbatija, l-uġiegħ, u l-bżonn ta’ ħutna aħna dejjem mistednin nagħrfu lil Ġesù fil-fqir u l-batut, nindmu u nħalluh jibdilna.
Id-Djakonija, l-attitudni ta’ servizz lejn ħutna fil-bżonn, mhix sejħa għall-ftit.
Hija sejħa għal kull wieħed u waħda minna. Kull wieħed b’mod uniku.
Huwa biss permezz tal-offerta unika tagħna ta’ min aħna fid-dar tagħna… fil-komunità lokali… fuq ix-xogħol….fil-parroċċa tagħna….fis-soċjetà, li nistgħu tassew naspiraw li ngħixu bħal aħwa, ulied l-istess Ġenitur.
Ilqa’ u Ħaddan taspira li tgħinek tagħmel pass ieħor biex tapprezza fik din l-offerta – is-sejħa biex tkun ta’ servizz.
Għalhekk jekk int diġà tgħin lil xi ħadd nistednuk taqsam l-istorja tiegħek magħna permezz ta’ messaġġ miktub jew mitkellem fuq WhatsApp 99251820.
Jekk imbagħad tixtieq tagħmel esperjenza ta ħidma b’riżq ħutna fil-bżonn, nistiednuk tagħmel esperjenza ta’ volontarjat mal-ħidma tad-djakonija – is-sostenn għal ħutna fil-bżonn – fil-parroċċi maltin.
Esperjenza ta ftit sigħat ta’ ħidma u formazzjoni.
Lkoll għandna x’noffru lil xulxin…daqqa t’id, kelma, ftit ħin, xi servizz.
Nawgurawlek, u nistednuk titlob magħna biex dan ir-Randan ikun tassew mument ta’ laqgħa ma’ Ġesù li tgħinna nindmu u ninbidlu u nagħrfu fejn u kif nistgħu naqdu.
L-isbaħ awgurju mingħandna għalik, mhux li tingħaqad fil-ħidma tagħna imma li tisma’ u tirrispondi għal dak li għalih qed jistiednek Hu.
Jekk imbagħad l-istedina tagħna b’xi mod tista’ tkun ta’ sostenn għall-istedina tiegħU għalik, allura se ssibna ħerqana li nsiru nafuk dalwaqt!
Nisperaw li tkun tista’ tingħaqad magħna f’xi waħda mill-laqgħat ta’ kull ġimgħa f’parroċċa differenti, imma jekk le, j’Alla dan ir-Randan, u matulu il-laqgħa tal-Papa fostna, niskopru biċċa oħra dwar il-kapaċità miżruha fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna biex nilqgħu lil ħutna, u allura lil KULL persuna, biex nilqgħu u nħaddnu lil xulxin hekk kif jixtieq iħaddanna Hu.
Pietru
Sib post għall-kwiet.
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Fik jittama min jagħraf lil ismek, għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.” – SALMI 9:11
Mulej, il-ħarsa tiegħek hija ħarsa ta’ mħabba u ħniena. Hekk kif tħares lejja, imla l-qalb tiegħi bl-imħabba u ħniena tiegħek. Illum ser niffokaw fuq il-persuna ta’ Pietru.
Silta mill-Vanġelu
Ġesù kien jaf li l-Missier tah kollox f’idejh, u li hu kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla. Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu. Mela wasal fuq Xmun Pietru, u dan qallu: “Int, Mulej, taħsilli saqajja?” Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem.” Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem.” Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma idejja u rasi wkoll.” Qallu Ġesù: “Min hu maħsul, ma għandux għalfejn jinħasel kollu, ħlief saqajh, għax hu kollu kemm hu nadif, u intom indaf, imma mhux ilkoll.” Għax hu kien jaf min kien sejjer jittradih; għalhekk qal, ‘M’intomx ilkoll indaf.’ – ĠWANNI 13:3-11
Min hu Pietru?
Minn Fomm il-Papa
“It-talb huwa dak li jagħmel it-tifel meta jħossu limitat, bla saħħa, (jgħid) ‘papà, mamà’. Din hija l-ewwel għajta ta’ talb. Imma jekk ma temminx li għandek missier, li għandek omm qrib tiegħek, ma tkunx taf tgħajjat, ma tkunx taf tistaqsi. U nitolbu jfisser li nħarsu lejn il-limitazzjonijiet tagħna, il-bżonnijiet tagħna, id-dnubiet tagħna, u ngħidu, ‘Papà, ħares lejja. Ħarsa tiegħek issaffini, tagħtini s-saħħa’. Li nitolbu huwa li nidħlu bil-forza, lil hinn mil-limiti, lil hinn mill-orizzont, u għalina l-insara li nitolbu huwa li niltaqgħu ma’ ‘papà’. Din il-kelma ma vvintajthiex jien. San Pawl jgħid li Alla hu missier, u aħna ngħidu papà, mhux missier. U meta tidra tgħid papà lil Alla jfisser li sejjer tajjeb, fit-triq tar-reliġjon, imma jekk taħseb li Alla hu dak li jeqirdek fl-Infern, jekk taħseb li Alla jiġi jaqa’ u jqum minn ħajtek, ma jimpurtahx, ir-reliġjon tiegħek tkun superstizzjoni. Li nitlob ifisser li nħares, mill-bżonnijiet tiegħi, miċ-ċokon tiegħi, kif jagħmlu t-tfal meta jgħidu papà.”
“Interessanti li t-tfal, fl-iżvilupp psikoloġiku tagħhom, jgħaddu minn dik li tissejjaħ l-età tal-għaliex. Għax ikunu qegħdin iqumu, jaraw il-ħajja u ma jifhmux, u jgħidu, “Papà, għaliex? Papà, għaliex?”. Imma jekk inħarsu mill-qrib, it-tifel ma jistenniex li missieru jwieġeb. Meta l-missier jibda jwieġeb imur għal mistoqsija oħra. Li jrid it-tifel hu li l-ħarsa tal-missier tkun fuqu. Ma jimpurtax l-ispjegazzjoni. Importanti biss li l-papà jħares lejh, u dan jagħtih kunfidenza. It-talb huwa daqsxejn dan kollu.”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Il-Veronika
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Dawramejt inti tħaddanni, u tqegħedli idek fuqi.” – SALMI 139:5
O Alla inti taf x’hemm fil-qalb tiegħi. Nerħi f’idejk il-ħsibijiet tiegħi kollha. Għinni biex inħoss it-tgħanniqa u l-preżenza tiegħek f’dan il-mument.
Illum ser niffokaw fuq il-figura tal-Veronika.
Silta mill-Vanġelu
Kotra kbira ta’ nies kienet miexja warajh; fosthom kien hemm xi nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom u jibkuh. Imma Ġesù dar lejhom u qalilhom: “Nisa ta’ Ġerusalemm, mhux lili ibku, iżda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom. Għax, araw, għad jiġi żmien meta jgħidu, ‘Hienja dik li ma għandhiex tfal, hieni l-ġuf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma redda’! Imbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’, u lill-għoljiet, ‘Ordmuna!’ Għax jekk dan kollu qegħdin jagħmluh liz-zokk meta għadu aħdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?” – LUQA 23:27-31
Min hi l-Veronika?
Minn Fomm il-Papa
“Darba qrajt artiklu sabiħ ħafna, (li fih kien hemm miktub) ‘Il-mess huwa l-aktar sens komplut, l-aktar wieħed sħiħ, dak li jqiegħed ir-realtà f’qalbna’. Meta jiġi xi ħadd biex jieħu parir jew biex iqerr, jien nistaqsihom jekk jagħtux karità (u jwieġbu) ‘Iva, iva’; u meta nistaqsihom jekk meta jagħtu karità jmissux id il-persuna (iwieġbu) ‘Ma nafx, ma tajtx kas’; jew meta nistaqsi jekk iħarsux lejn dik il-persuna f’għajnejha jew jekk iħarsux x’i mkien ieħor. Tmiss. Tieħu ħsieb l-ieħor. Imma jekk aħna nħarsu mingħajr ma mmissu b’idejna x’inhu l-uġigħ tan-nies, qatt m’aħna se nsibu soluzzjoni għal dan.”
….
“Missier l-iben il-ħali kien qed jistenna lill- ibnu biex jaħfirlu, u l-iben kellu d-dritt li jiġi maħfur, imma ma kienx jaf li kellu dritt, għalhekk iddubita ħafna. Is-sena li għaddiet xi żgħażagħ għamlu opra fuq l-iben il-ħali b’mużika pop, sabiħa, u l-aħħar att kien dwar meta l-iben il-ħali jiddeċiedi li jerġa’ lura d-dar. U jgħid lil wieħed minn sħabu: ‘Nibża’ li l-papà mhux se jilqagħni u wkoll li jirrapurtanti lill-pulizija u jibgħatni l-ħabs, nibża’.’ U ħabibu jagħtih parir: ‘Ibgħat ittra lill-papà, għidlu papà żbaljajt, nixtieq niġi għandek, nixtieq nitlob il-maħfra tiegħek, imma nibża’ nersaq eqreb. Jekk jogħġbok, jekk inti lest tilqagħni, taħfirli, poġġi maktur abjad f’tieqa tad-dar’. Din hija l-ittra li jibgħat lil missieru, u mbagħad l-opra tintemm bl-iben jirritorna d-dar u kif jaqbad it-triq li tieħu direttament lejn id-dar, iħares lejn id-dar u d-dar tkun mimlija mkatar bojod, mimlija. Simbolu tal-maħfra ta’ Alla, maħfra li writna. U mhux biss li naħfer u li nkun maħfur, iżda wkoll id-dritt tal-bniedem li jiġi maħfur. Dan huwa importanti, ejja ma ninsewx.”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Xmun iċ-Ċirinew
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek.” – SALMI 16:2
Fir-rutina tal-ħajja mhux dejjem tkun faċli li nieqaf u nitkellem ftit miegħek Mulej. F’dan il-ħin nixtieq napprezza r-rigal tal-fidi fil-ħajja tiegħi.
Illum ser niffokaw fuq il-figura ta’ Xmun iċ-Ċirinew
Silta mill-Vanġelu
Kien għaddej wieħed, Xmun minn Ċireni, missier Xandru u Rufu, ġej lura mir-raba’, u ġagħluh jerfagħlu s-salib. U wassluh f’post jismu Golgota, li jfisser post il-Qorriegħa. U tawh jixrob inbid imħallat bil-mirra, imma hu ma riedx jieħu minnu. Imbagħad sallbuh, u qassmu ħwejġu bejniethom billi tellgħuhom bix-xorti ħalli kull wieħed jieħu li jmissu. Kienet it-tielet siegħa xħin sallbuh. Il-kitba li turi l-ħtija tal-kundanna tiegħu kienet tgħid hekk: “Is-sultan tal-Lhud.” – MARK 15:21-26
Min hu Xmun iċ-Ċirinew?
Minn Fomm il-Papa
Il-Mediterran: ċimiterju kbir
“Dak li jagħmlu lill-immigranti huwa kriminali. Biex jaslu sal-baħar ibatu ħafna. Hemm filmati dwar il-kampijiet ta’ konċentrament, u nuża din il-kelma bis-serjetà, kampijiet ta’ konċentrament, fil-Libja. Kampijiet ta’ konċentrament tat-traffikanti. Kemm ibatu f’idejn it-traffikanti dawk li jridu jaħarbu. Jekk trid tara dawn il-filmati, jinsabu fit-taqsima tal-migranti u r-refuġjati tad-Dikasteru tal-Iżvilupp Uman. Ibatu u mbagħad jirriskjaw biex jaqsmu l-Mediterran. Imbagħad, xi drabi, jiġu miċħuda, minn xi ħadd li għar-responsabbiltà lokali jgħid ‘Le, hawn ma jidħlux’; hemm dawk il-vapuri li jduru jfittxu port, li jmorru lura jew li jmutu fuq il-baħar. Dan qed jiġri llum. Ħaġa waħda hija vera: kull pajjiż irid jgħid kemm jista’ jilqa’ immigranti; din hija problema politika interna li trid tiġi maħsuba sew u wieħed jgħid ‘Nista’ nilqa’ sa dan in-numru’. Hemm l-Unjoni Ewropea, trid tasal għal ftehim, hekk jintlaħaq il-bilanċ, f’komunjoni. Bħalissa hemm inġustizzja: jiġu fi Spanja u fl-Italja, l-iktar żewġ pajjiżi fil-qrib, u band’oħra ma jilqgħuhomx.”
“L-immigrant għandu dejjem jiġi milqugħ, akkumpanjat, megħjun u integrat. Milqugħ għax hemm id-diffikultà, imbagħad takkumpanjah, tgħinu u tintegrah fis-soċjetà. Dan l-aħħar aspett huwa importanti ħafna. Aħsbu fit-traġedja ta’ Zaventem, dan għedtu kemm-il darba, iż-żgħażagħ li għamlu hekk kienu Belġjani, imwielda fil-Belġju, iżda tfal ta’ migranti ghettizzati, mhux integrati. Hemmhekk, jikbru l-ideoloġiji, jikbru ħafna. Hemm pajjiżi li bit-tnaqqis demografiku li jġarrbu, qed naħseb fi Spanja, l-Italja u oħrajn, għandhom bżonn in-nies. Immigrant integrat jgħin lil dak il-pajjiż. Irridu naħsbu b’mod intelliġenti dwar il-politika tal-migrazzjoni, politika kontinentali. Hija r-responsabbiltà tagħna. Il-fatt li l-Mediterran huwa llum l-akbar ċimiterju fl-Ewropa għandu jġegħelna naħsbu. Nemmen li dan huwa realiżmu pur.”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Il-Madalena
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Nifraħ u nithenna bik; ngħanni lil ismek, int Alla l-għoli.” – SALMI 9:3
O Alla, inti dejjem tkun lest li tilqagħni u tħaddanni lura miegħek. Xi privileġġ li minkejja kollox, dejjem tibqa’ tistenniena biex tilqagħni lura għandek.
Illum ser niffokaw fuq il-figura tal-Madalena
Silta mill-Vanġelu
Wieħed mill-Fariżej stieden lil Ġesù biex jiekol miegħu; Ġesù daħal għand il-Fariżew u qagħad għall-ikel. Issa fil-belt kien hemm midinba magħrufa. Din saret taf li kien qiegħed għall-ikel fid-dar tal-Fariżew; ġiebet vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ; u marret qagħdet warajh ħdejn riġlejh, tibki u xxarrablu riġlejh bi dmugħha u tixxuttahomlu b’xuxitha; imbagħad bisitlu riġlejh u dilkithomlu biż-żejt ifuħ. Kif ra hekk il-Fariżew li stiednu qal bejnu u bejn ruħu: “Dan, li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x’mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!” Imma Ġesù qabad u qallu: “Xmun, għandi ħaġa xi ngħidlek.” “Għid, mgħallem,” qallu dak. “Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma’ wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. “Tnejn min-nies kellhom id-dejn ma’ wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar u l-ieħor ħamsin. Wieġeb Xmun u qal: “Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed.” “Ħsibtha tajjeb,” qallu Ġesù. Wieġeb Xmun u qal: “Jidhirli jien li dak li ħafirlu l-iżjed.” “Ħsibtha tajjeb,” qallu Ġesù. Bewsa ma tajtnix, iżda hi minn xħin daħlet ma waqfitx tbusli riġlejja. Rasi ma dlikthilix biż-żejt, imma hi dilkitli riġlejja b’żejt ifuħ. Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, inħafrulha, għax ħabbet ħafna; imma min jinħafirlu ftit, ftit iħobb.” Imbagħad qal lilha: “Dnubietek maħfura.” Dawk li kienu fuq il-mejda miegħu bdew jgħidu fihom infushom: “Dan min hu biex jaħfer id-dnubiet ukoll?” Iżda hu qal lill-mara: “Il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliem.” – LUQA 7:36-50
Min hi il-Madalena?
Minn Fomm il-Papa
Bniedem jista’ jħares biss ’l isfel lejn bniedem ieħor meta jitbaxxa biex jgħinu jqum
“Hekk hu tassew. Fis-soċjetà naraw kemm-il darba nies iħarsu lejn ħaddieħor minn fuq għal isfel biex jiddominawh, biex iqegħduh taħthom, u mhux biex jgħinuh iqum. Aħseb biss – hija storja ta’ diqa, imma ta’ kuljum – f’dawk l-impjegati li jridu jħallsu għall-istabbiltà tax-xogħol b’ġisimhom, għax il-kap tagħhom iħares lejhom minn fuq għal isfel, biex jiddominahom. Huwa eżempju ta’ kuljum, imma tassew ta’ kuljum. Iżda dan il-ġest huwa permissibbli biss biex nagħmel dan li ġej: nista’ nħares lejn l-ieħor minn fuq għal isfel biss b’riskju li naqa’ jien ukoll, biex nagħmel ġest nobbli: qum ħija, qum oħt. Ħars ieħor minn fuq għal isfel mhuwiex leġittimu, qatt, għax ikunu ħars ta’ dominazzjoni, u dan mhux sewwa.”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Iċ-Ċenturjun
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Mulej, Alla tiegħi, fik il-kenn tiegħi” – SALMI 7:2
O Alla, nirringrazzjak tal-preżenza tiegħek fil-ħajja tiegħi. Grazzi talli f’kull pass tal-ħajja tiegħi int tkun hemm maġenbi, timxi miegħi pass, pass.
Illum ser niffokaw fuq il-figura taċ-Ċenturjun
Silta mill-Vanġelu
Is-suldati ħaduh magħhom ġewwa fil-palazz, jiġifieri l-Pretorju, u sejħu r-riġment kollu. Libbsuh ilbies aħmar skur, u qegħdulu fuq rasu kuruna minsuġa mix-xewk. U bdew isellmulu: “Is-sliem għalik, sultan tal-Lhud!” U qabdu jagħtuh b’qasba fuq rasu, jobżqulu fuqu, u jilwu rkupptejhom quddiemu biex jagħtuh qima. Imbagħad, wara li għaddewh biż-żufjett, neżżgħulu l-ilbies aħmar u xeddewlu ħwejġu. U ħaduh ’il barra biex isallbuh. – MARK 15:16-20
Xħin saret is-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa’ siegħa. Xħin saret is-sitt siegħa waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa’ siegħa. Xi wħud minn dawk li kienu hemm, kif semgħuh, qalu: “Ara, qiegħed isejjaħ lil Elija!” U mar wieħed jiġri jxappap sponża bl-inbid qares, waħħalha f’tarf ta’ qasba u tah jixrob filwaqt li qal: “Stennew, ħa naraw jiġix Elija jniżżlu!” Imma Ġesù għajjat għajta kbira u radd ruħu. U l-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel. Iċ-ċenturjun li kien wieqaf biswitu, meta rah jgħajjat u jmut hekk, qal: “Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla!” – MARK 15:33-39
Min hu iċ-Ċenturjun?
Minn Fomm il-Papa
“Irridu naħsbu dwar dan għax dawk li twieldu f’pajjiż żviluppat u jistgħu jmorru l-iskola, l-università, u jistgħu jaħdmu jridu jkunu grati; imma nidħlu fi psikoloġija li tagħlaqna: dawn l-affarijiet kollha narawhom: naraw tfal imutu, immigranti mgħarrqa, naraw ukoll inġustizzji fil-pajjiżi tagħna, imma dejjem ikun hemm tentazzjoni kerha ħafna, dik li nħarsu ’l band’oħra, ma nħarsux. Bil-media naraw kollox imma mbagħad ma rridux ikollna x’naqsmu u nħarsu xi mkien ieħor. Neqirdu daqsxejn, ngħidu ‘dik traġedja!’ imma mbagħad qisu ma ġara xejn. Mhuwiex biżżejjed tara. Jeħtieġ tħoss. Jeħtieġ tmiss. Hawnhekk tidħol il-psikoloġija tal-indifferenza, ‘Nara imma ma nindaħalx, ma mmissx u nibqa’ sejjer.”
“Meta Ġesù jkellimna dwar kif għandna nġibu ruħna mal-proxxmu, jgħidilna l-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb; isemmilna l-ewwel tnejn min-nies tajbin: kittieb u duttur tal-liġi, bniedem li josserva l-liġi, li jgħaddi, jara u jibqa’ miexi; qassis, forsi qassis tajjeb, jgħaddi, jara u jibqa’ miexi. Wieħed biss, barrani, jieqaf, imiss u jieħu ħsiebu. Dan li jonqosna: immissu l-miżerji. U l-fatt li mmissu jwassalna għall-erojiżmu. Naħseb fit-tobba, fl-infermieri li taw ħajjithom f’din il-pandemija: missew id-deni u għażlu li jibqgħu hemm mal-morda. Din ħaġa kbira…”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Marija
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi, għax mingħandu tiġini t-tama.” – SALMI 62:2
Għinni o Alla, biex nintelaq f’idejk u nitfa’ ħarsti fuqek; għax għandek biss il-qalb tiegħi tista’ ssib is-serħan.
Illum ser niffokaw fuq il-figura ta’ Marija
Silta mill-Vanġelu
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu. Wara dan, Ġesù, billi issa kien jaf li kollox kien mitmum, biex isseħħ l-Iskrittura qal: “Għandi l-għatx!” Kien hemm bieqja mimlija bil-ħall; huma xarrbu sponża bil-ħall, waħħluha ma’ qasba tal-issopu, u ressquhielu lejn ħalqu. Kif Ġesù ħa l-ħall, qal: “Kollox hu mitmum!” Imbagħad mejjel rasu u radd ruħu. – ĠWANNI 19:25-30
Min hi Marija?
Minn Fomm il-Papa
“Dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u wliedhom jien dejjem ngħid kelma waħda: qrubija. Li jkunu qrib uliedhom. Meta koppji żgħażagħ jiġu jqerru jew meta nitkellem magħhom, dejjem nistaqsihom mistoqsija: ‘Int tilgħab ma’ wliedek?’ Dik il-gratwità tal-papà u l-mamà mat-tifel. Xi drabi nisma’ tweġibiet li jweġġgħuk ‘Imma Father, meta nitlaq mid-dar għax-xogħol ikunu għadhom reqdin u meta niġi lura billejl nerġa’ nsibhom reqdin’. Hija s-soċjetà kiefra li tinqata’ minn mat-tfal. Imma l-gratwità ma’ wliedek: tilgħab ma’ wliedek u ma tibżax mit-tfal, mill-affarijiet li jgħidu, mill-ipoteżijiet tagħhom.”
“U anke meta tifel, akbar, adolexxent, jiżloq xi żelqa, tkun qrib, biex tkellmu ta’ missier, ta’ omm. Il-qrubija. Ġenituri li mhumiex qrib ta’ wliedhom -, li biex joqogħdu kwieti jgħidulhom, ‘Mela ħu ċ-ċavetta tal-karozza, mur’ – dawn ma jagħmlux ġid. Il-ġenituri jridu jkunu, nazzarda ngħid, kważi kompliċi ma’ wliedhom. Dik il-kompliċità tal-ġenituri iġġiegħel lill-missirijiet u lill-ulied jikbru flimkien. U dan huwa tant sabiħ.”
Jien Kont Hemm
Il-Golgota Ħajjitna
Stedina konkreta
Il-Ħallelin
Sib post għall-kwiet
Ħu nifs u ffoka fuq il-ħsejjes ta’ madwarek… fuq nifsejk…. fuq qalbek tħabbat…
Aħseb minn fejn ġej……u għaraf li issa mument ieħor….għal ftit ħin, ħalli d-dinja warajk.
Idħol fil-preżenza ta’ Alla.
Oqgħod fis-skiet għal ftit minuti biex tipprepara ruħek għal dan il-mument ta’ talb.
“Insejjaħlek, għax int tweġibni, o Alla; ressaq widintek lejja, isma’ kliemi. – SALMI 17:6
O Alla inti dejjem tkun hemm għalija; taf x’inhuma d-djugħfijiet, il-beżgħat u x-xewqat tiegħi. F’dan il-mument nixtieq li nerħihom kollha f’idejk.
Illum ser niffokaw fuq il-figuri tal-ħallelin msallba maġenb Kristu.
Silta mill-Vanġelu
Kien hemm ukoll tnejn oħra, żewġt irġiel ħatja, li ħaduhom għall-mewt miegħu. Meta waslu fil-post jgħidulu l-Qorriegħa, sallbuhom hemm, lilu u lill-ħatja, wieħed fuq il-lemin tiegħu u l-ieħor fuq ix-xellug. U Ġesù qal: “Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu.” Imbagħad tellgħu x-xorti u qassmu ħwejġu bejniethom. Il-poplu waqaf hemm, iħares, waqt li l-kapijiet bdew jiddieħku b’Ġesù u jgħidu: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva lilu nnifsu jekk dan hu l-Messija, il-Maħtur ta’ Alla!” Is-suldati wkoll bdew jgħadduh biż-żmien; u resqu lejh, newlulu nbid qares u qalulu: “Jekk inti s-sultan tal-Lhud salva lilek innifsek!” Fuq rasu kien hemm ukoll kitba li kienet tgħid, ‘Dan huwa s-sultan tal-Lhud.’
Wieħed mill-ħatjin li kienu msallbin miegħu beda jgħajru u jgħidlu: “Int m’intix il-Messija? Salva lilek innifsek u lilna.” Imma qabeż l-ieħor, ċanfru u qallu: “Anqas minn Alla int ma tibża’, int li qiegħed taħt l-istess kundanna? Tagħna hija ġusta, tassew, għax qegħdin nieħdu li ħaqqna ta’ kulma għamilna; imma dan ma għamel xejn ħażin.” Imbagħad qal: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġbu: “Tassew ngħidlek, illum tkun fil-Ġenna miegħi.” – LUQA 23:32-43
Min huma l-Ħallelin?
Minn Fomm il-Papa
“Alla għamilna tajbin imma ħielsa. U dik il-libertà kapaċi tagħmel il-ħsara. Dik il-libertà kapaċi tagħmel tant ġid u wkoll tant ħażen. Aħna ħielsa, hux hekk? Fil-mit tal-Ħolqien hemm miktub: ‘Tagħmilx dan, għax jiġri hekk. U int għamilt dan, u timrad’. U billi [Alla] għamilna ħielsa, aħna sidien tad-deċiżjonijiet tagħna stess u wkoll li nieħdu deċiżjonijiet ħżiena. Din hi l-libertà li tana Alla.”
“Ngħid xi ħaġa li forsi tiskandalizza lil xi ħadd, imma se ngħid il-verità: il-ħila li tkun maħfur hija dritt tal-bniedem. Ilkoll għandna d-dritt li nkunu maħfura jekk nitolbu maħfra. Huwa dritt li joriġina proprju min-natura ta’ Alla u li ngħata bħala wirt lill-bnedmin. Insejna li jekk xi ħadd li jitlob maħfra għandu d-dritt li jiġi maħfur. Għamilt xi ħaġa, tħallas għaliha. Le! Għandek id-dritt li tiġi maħfur, u jekk għandek xi dejn mas-soċjetà, tirranġa biex tħallsu, iżda bil-maħfra.”